Data Effettiva: 25 ta’ Mejju 2018

Avviż dwar il-Privatezza ta’ Xaxis

Xaxis hija kumpanija impenjata bis-sħiħ biex tipproteġi l-privatezza tal-utent u biex trawwem il-kunfidenza tal-utent fl-Internet u fir-reklamar diġitali. Aħna nevalwaw modi innovattivi b’mod kontinwu sabiex nipproteġu l-privatezza tal-utent, filwaqt li nfittxu li nwasslu reklamar relevanti u esperjenzi onlajn personalizzati f’isem il-klijenti tagħna.

X’hemm f’dan l-Avviż dwar il-Privatezza?

Dan l-Avviż dwar il-Privatezza jiddeskrivi l-informazzjoni li Xaxis tiġbor minn websajts, applikazzjonijiet, u proprjetajiet diġitali oħrajn (li nirreferu għalihom kollha bħala “Siti”), u fuq is-sit web korporattiv ta’ Xaxis, www.xaxis.com (“Is-Sit Web ta’ Xaxis”). Aħna nispjegaw kif nużaw din l-informazzjoni biex nipprovdu “Servizzi” lill-klijenti tagħna. Nispjegaw ukoll kif inti tista’ timmaniġġja l-għażliet tal-privatezza tiegħek u kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek fir-rigward ta’ ċerta data dwarek li tinġabar u tintuża minn Xaxis.

 

Min aħna?

Xaxis huwa negozju li jopera globalment bħala parti mill-grupp ta’ investiment tal-midja GroupM. Fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) u fl-Iżvizzera, l-entità legali responsabbli għad-data miġbura minn Xaxis hija l-GroupM UK Digital Ltd, permezz tad-diviżjoni tiegħu ta’ Xaxis EMEA. Barra miż-ŻEE u l-Iżvizzera, l-entità legali responsabbli hija Xaxis, LLC. Ħlief jekk miftiehem mod ieħor, l-użu tal-informazzjoni mill-affiljati li mhumiex membri ta’ Xaxis, il-klijenti tagħna, il-fornituri tas-servizzi, u partijiet terzi oħrajn mhuwiex kopert minn dan l-Avviż dwar il-Privatezza.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ara s-sezzjoni “Ikkuntattjana” fil-qiegħ ta’ dan l-Avviż dwar il-Privatezza.

Jekk jogħġbok kun af li dan l-Avviż dwar il-Privatezza ġie tradott mill-Ingliż għal bosta lingwi differenti. Jekk hemm xi kunflitti jew nuqqas ta’ konsistenza bejn il-verżjonijiet b’lingwi differenti ta’ dan l-Avviż dwar il-Privatezza, tipprevali l-verżjoni Ingliża.

 

SEZZJONI 1: SERVIZZI TA’ XAXIS

Servizzi ta’ Xaxis

Xaxis ma tipprovdix is-servizzi tagħha relatati mar-reklamar (“Servizzi”) direttament lill-konsumaturi. Minflok, il-klijenti tagħna huma negozji korporattivi, inklużi dawk li jirreklamaw u aġenziji. Il-klijenti tagħna jinkludu kumpaniji oħrajn tal-grupp GroupM u WPP, li min-naħa tagħhom iwettqu servizzi relatati mar-reklamar għall-klijenti tagħhom stess.

Il-klijenti tagħna jużaw is-Servizzi tagħna, f’isimhom u/jew f’isem il-klijenti tagħhom stess, biex jgħinuhom jifhmu r-reklamar li l-klijenti jwasslu onlajn (eż. fuq liema siti dan ġie mwassal, min rah, u jekk xi ħadd ikunx interaġixxa miegħu jew le) u biex itejbu l-effettività ta’ dak ir-reklamar u aħna ngħinuhom ukoll biex jippruvawiwasslu r-reklamar lill-konsumaturi li huma aktar probabbli li jkunu interessati fil-prodotti u fis-servizzi tagħhom.

Meta aħna ngħinu lil klijenti biex jagħżlu udjenza lil min iwasslu r-reklamar tagħhom, aħna nużaw ċertu informazzjoni demografika (bħall-età, is-sess tal-persuna, l-edukazzjoni, id-dħul u l-istatus tal-unità domestika (eż., kemm hemm tfal)), il-ġeografija, l-interessi, l-attivitajiet, u informazzjoni simili (“Informazzjoni dwar l-Utenti”). Nispjegaw hawn taħt minn fejn hi ġejja din l-informazzjoni. Insejħu dan it-tip ta’ reklamar “Reklamar ibbażat fuq l-interess”.

Pereżempju, jekk aħna naħsbu li utent huwa interessat fl-għażliet tal-mobajl, allura s-Servizzi tagħna jistgħu jgħinu lill-klijenti tagħna jwasslu Reklami bbażati fuq l-Interess lil dak l-utent dwar tip partikolari ta’ prodott jew servizz tal-mobajl, kif ġej:

Tipi ta’ Informazzjoni li Aħna Niġbru u Nużaw permezz tal-Provvista tas-Servizzi Tagħna

Meta tara u tinteraġixxi ma’ Siti u ma’ reklamar fejn jintużaw is-Servizzi tagħna, dawn huma mfassla biex jiġbru u/jew jużaw informazzjoni dwar it-tip ta’ paġni web li l-individwi jżuru u dwar l-interazzjonijiet li jkollhom mas-Siti u mar-reklamar tal-klijenti tagħna. Aħna niġbru wkoll informazzjoni li tidentifika l-brawżers u l-apparati tal-individwi li jkunu raw ir-reklamar tal-klijenti tagħna. Din l-informazzjoni tinkludi l-kategoriji tad-data li ġejjin:

Identifikaturi Tekniċi

Dawn jistgħu jintużaw biex jiġi identifikat il-brawżer ta’ individwu, l-ambjent tar-reklamar tal-mobajl, u/jew l-apparat, u tipikament jinkludi:

  • IDs tal-cookies
  • IDs tar-reklamar tal-mobajl (eż. IDFAs u IDs tar-Reklamar ta’ Google)
  • L-affiljat tagħħna [m]PLATFORM “[mP]ID” identifikatur proxy għall-IDs t’hawn fuq

Informazzjoni teknika addizzjonali

  • Indirizz tal-protokoll tal-internet (“Indirizz IP”) u data meħuda minn indirizz IP, bħal data mhux preċiża dwar il-ġeolokalizzazzjoni li tindika l-pajjiż, ir-reġjun, il-belt, u/jew il-kodiċi postali ta’ apparat
  • Tip ta’ brawżer tal-internet, brawżer tal-lingwa u sistema operattiva
  • It-tip ta’ konnessjoni (bil-wajers jew Wi-Fi), netwerk li l-apparat hu konness miegħu, u l-fornitur tas-servizz tal-mobajl (jekk disponibbli)
  • Lonġitudni/latitudni ta’ apparat (mobbli).

Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż dwar il-Privatezza, “apparat” jinkludi kompjuters, smartphones, tablet computers, e-readers, u apparati diġitali oħrajn li huma kapaċi jżommu konnessjoni tal-Internet, u “apparat mobbli” jinkludi smartphones u tablet computers.

Informazzjoni dwar l-Attività Onlajn

Xaxis tiġbor l-informazzjoni spjegata hawn taħt dwar l-attività tal-ibbrawżjar onlajn tiegħek biex tiddetermina liema tipi ta’ attivitajiet, servizzi u prodotti inti jew utenti oħrajn tistgħu tkunu interessati fihom u kif inti u l-utenti oħrajn tinteraġixxu ma’ ċerti reklami. Din l-informazzjoni tinkludi:

  • Rekords tat- tipi ta’ Siti u paġni li ntwerew (jiġifieri sabiex jiġu stabbiliti l-interessi)
  • Is-Sit/paġna li ġejt minnha qabel, u liema żort wara, li tkun rajt reklam
  • Id-data u l-ħin tal-attività onlajn
  • Il-frekwenza taż-żjajjar f’Sit
  • Termini ta’ tfittxija użati fuq Sit
  • Interazzjoni ma’ reklam (eż. jekk l-utent jikklikkjax fuq reklam jew le)

Informazzjoni dwar l-Utent riċevuta minn Partijiet Terzi

Aħna nirċievu wkoll Informazzjoni dwar l-Utent kemm onlajn u offlajn, miġbura minn partijiet terzi, inkluża l-informazzjoni demografika u ta’ interess għall-użu fis-Servizzi tagħna. Il-partijiet terzi jinkludu l-klijenti tagħna u fornituri tas-servizz magħżula bir-reqqa. Meta nirċievu Informazzjoni dwar l-Utent offlajn, din l-informazzjoni tiġi pprovduta lilna permezz ta’ fornitur ta’ servizz flimkien ma’ ID tal-cookie, ID tar-reklamar, jew ID tal-utent simili li tidentifika konsumatur lilna, lill-klijent jew lill-fornitur tas-servizz, iżda aħna ma nirċevux l-ismijiet tal-utenti, l-indirizzi postali, in-numri tat-telefon, indirizzi tal-email jew data simili li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwu partikulari marbut ma’ dawn l-IDs.

 

 

Kif Niġbru Informazzjoni Permezz tas-Servizzi Tagħna

Niġbru u nirċievu informazzjoni f’isem il-klijenti tagħna dwar individwi meta inti żżur il-propjetajiet onlajn tal-klijenti tagħna li għalihom Xaxis tipprovdi servizzi jew pubblikaturi ta’ partijiet terzi (pereżempju, siti tal-aħbarijiet). Sabiex nagħmlu dan, nużaw cookies, IDs tar-reklamar, pixels, u teknoloġiji oħrajn. Dawn huma xi spjegazzjonijiet ta’ dawn it-termini:

Cookie huwa fajl ta’ test alfanumeriku żgħir li huwa maħżun fi brawżer minn sit web jew minn server tar-reklamar ta’ parti terza jew parti terza oħra li tippermetti li dak is-sit web jew il-parti terza jirrikonoxxu lil dak il-brawżer u jiftakru l-Informazzjoni dwar l-Utent u informazzjoni oħra. Xaxis tuża targeting cookies ta’ parti terza tal-affiljat tagħha [m]PLATFORM, li huma msemmija “Mookie” u joperaw fuq id-dominju mookie1.com. Il-Mookie cookies huma cookies persistenti li għandhom valuri uniċi li jiġu ġġenerati b’mod każwali li jippermettu lis-Servizzi tagħna jiddistingwu bejn brawżers u apparati u huma assoċjati mal-Informazzjoni dwar l-Utent u informazzjoni oħra. Il-Mookie cookies, flimkien ma’ din l-informazzjoni assoċjata, jintużaw fil-prestazzjoni tas-servizzi tagħna, u b’mod partikolari fl-attivitajiet tar-Riklamar Ibbażat fuq l-Interess.
ID tar-Reklamar huwa identifikatur alfanumeriku li jiġi pprovdut minn pjattaforma jew minn sistema operattiva (bħal Apple iOS jew Google Android) li jippermetti li l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet u l-partijiet terzi jirrikonoxxu apparat partikolari f’ambjent ta’ applikazzjonijiet. Huwa assoċjat mal-Informazzjoni dwar l-Utent u Informazzjoni oħra u, flimkien ma’ din l-informazzjoni assoċjata, jintuża fil-prestazzjoni tas-servizzi tagħna, u b’mod partikulari fl-attivitajiet tar-Reklami Ibbażati fuq l-Interess.
Pixel huwa linja ta’ kodiċi li jintuża minn Sit jew parti terza biex jitqassmu attivitajiet onlajn lil apparat jew brawżer, jew b’mod aktar speċifiku, lill-cookie applikabbli jew lill-ID tar-reklamar. L-użu tal-pixel jippermettilna nirrekordjaw, pereżempju, li apparat jew brawżer ikun żar Sit jew paġna partikulari.

 

 

Iċ-ċart li ġejja tipprovdi informazzjoni dwar il- Mookie cookies, li huma kollha cookies “persistenti” (jiġifieri huma maħżuna sakemm jiskadu jew jiġu mħassra/imneħħija minn utent) immappjati mad-dominju mookie1.com:

L-isem tal-cookie Il-Kapaċità tal-Imġieba tal-Cookie It-tagħrif miżmum fil-Cookie (Dati) ta’ skadenza
Mira (data tal-klijenti) Mira u Ottimizzazzjoni (data tal-utent) Rappurtar u Attribuzzjoni
id Y Y Y Numru tas-serje uniku 395 jum
mdata Y N N Numru tas-serje uniku, timestamp tad-data tal-ħolqien, il-verżjoni tal-cookie 395 jum
syncdata_<SIEĦEB> Y N N Numru tas-serje uniku, timestamp tad-data tal-ħolqien, id tal-viżitatur ta-sieħeb tad-data 10 ijiem

 

Kif Nużaw Dan it-Tagħrif

Xaxis tipproċessa l-informazzjoni li tiġbor u tirċievi sabiex tipprovdi s-Servizzi lill-klijenti li spjegajna hawn fuq, kif ukoll għal finijiet amministrattivi, tas-sigurtà u ta’ konformità. B’mod speċifiku, aħna nwettqu dawn l-attivitajiet li ġejjin:

 

Għażla ta’ Reklamar, Twassil, Rappurtar

Aħna nanalizzaw l-informazzjoni miġbura meta jitwassal ir-reklamar tal-klijent bl-użu tas-servizzi tagħna u l-informazzjoni riċevuta mingħand l-imsieħba tagħna. Aħna norganizzaw din l-informazzjoni f’kollezzjonijiet ta’ IDs (li aħna nsejħulhom segmenti), abbażi ta’ diversi komponenti tal-Informazzjoni dwar l-Utent li spjegajna hawn fuq. Pereżempju, jista’ jkollna segmenti ta’ IDs li jżuru s-Siti tal-isports. Il-klijenti tagħna jistgħu mbagħad jużaw is-servizzi tagħna biex jużaw dawn is-segmenti biex iwasslu r-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom, billi jużaw l-imsieħba u l-fornituri tas-servizzi tagħna. Dan ir-reklamar jista’ jitwassal permezz ta’ kompjuters, smartphones, u apparati oħrajn.

 

Nistgħu wkoll nintegraw (u nużaw għall-istess finijiet), l-Informazzjoni dwar l-Utent meħuda minn kumpaniji oħrajn li jkunu magħżula bir-reqqa (inklużi sidien ta’ Siti, fornituri tad-data u aggregaturi tad-data).

 

Aħna wkoll nagħmlu użu mill- identifikatur intern tal-affiljat tagħna [m]PLATFORM, imsejjaħ “[mP]ID”. Aħna nużaw l-[mP]ID biex nassoċjaw informazzjoni relatata ma’ brawżers, ambjenti u/jew apparati li aħna, jew [m]PLATFORM, nemmnu b’mod raġonevoli li jappartjenu għall-istess utent. Dan jgħinna nipprovdu reklamar aktar utli u relevanti għall-utent speċifiku, irrispettivament mill-brawżer, l-ambjent jew l-apparat.

 

Personalizzazzjoni

Sabiex nipprovdu s-Servizzi personalizzati speċifiċi għall-klijenti, aħna:

  • niġbru informazzjoni dwar kull Sit tal-klijent (dan jinkludi siti web, apps, u propjetajiet diġitali oħrajn) – kif ġie deskritt fil “Kif Niġbru l-informazzjoni permezz tas-servizzi tagħna”;
  • naċċessaw jew naħżnu din l-informazzjoni fuq apparati (permezz ta’ IDs tal-cookies jew IDs tar-reklamar, kif applikabbli); u
  • nanalizzaw l-informazzjoni miġbura, xi drabi ma’ informazzjoni oħra riċevuta mill-klijent u norganizzawha f’segmenti ta’ IDs, abbażi tad-diversi Informazzjoni dwar l-Utent.

 

Imbagħad, il-klijenti tagħna jkunu jistgħu jużaw dawn is-segmenti biex iwasslu, f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom, Reklamar Ibbażat fuq l-Interess lill-utenti fuq il-kompjuters, il-mobajls, u l-apparati mobbli oħra tagħhom (dan permezz ta’ diversi mezzi).

 

Fejn aħna qegħdin nipprovdu din il-personalizzazzjoni speċifika għall-klijent, is-segmenti li aħna nibnu għal klijent wieħed jiġu segregati b’mod loġiku mis-segmenti u mid-data ta’ klijenti oħrajn. Data miġbura b’dan il-mod, u s-segmenti prodotti, jistgħu jintużaw biss f’isem dak il-klijent speċifiku.

 

Kejl

Aħna nipproċessaw l-Informazzjoni dwar l-Utent biex inwasslu reklami u nkejlu t-twassil ta’ dawn ir-reklami, biex nitgħallmu dwar liema fatturi jagħmlu r-reklamar ta’ suċċess jew mingħajr suċċess għal dawk li jagħmlu r-reklami u biex niġġeneraw rapporti biex nifhmu u ntejbu l-użu tas-Servizz u l-effettività tar-reklamar.

 

 

 

Il-ħżin u l-aċċess għall-informazzjoni

Sabiex nipprovdu s-Servizzi tagħna, aħna naħżnu l-Mookie cookies fuq il-brawżer(s) ta’ individwi li nkunu wassalnilhom ir-reklamar u mbagħad nagħrfu l-Mookie cookies meta dak(dawk) il-brawżer(s) jintuża(w) sabiex jiġu aċċessati s-siti web tal-klijenti tagħna u tal-pubblikaturi li naħdmu magħhom. Siti li fuqhom qed nitfgħu u/jew naqraw, jew fejn nippruvaw nitfgħu u/jew naqraw, il-Mookie cookies għandhom jgħidulek dwar l-użu tal-cookies ta’ partijiet terzi (u, b’mod partikolari, l-Mookie cookies speċifikament, fejn dan ikun meħtieġ bil-liġi), fuq dawk is-Siti. Fil-feeds tad-data li aħna nirċievu mill-imsieħba tagħna b’rabta mat-twassil ta’ reklamar diġitali f’ambjenti tal-applikazzjoni tal-mobajl nirċievu wkoll IDs tar-reklamar assoċjati ma’ pjattaformi/sistemi operattivi tal-apparat mobbli tal-utenti u nirrikonoxxu dawn l-IDs tar-reklamar.

 

Nużaw l-informazzjoni miġbura u riċevuta għar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess, bħal:

 

  • Tqabbil ta’ data ma’ sorsi offlajn – kif indikat hawn fuq, taħt “Informazzjoni dwar l-Utenti riċevuta minn partijiet terzi”:
    • Aħna nirċievu Informazzjoni dwar l-Utent, inkluża informazzjoni demografika u ta’ interess, mingħand kumpaniji oħrajn, inklużi l-klijenti tagħna, imsieħba u fornituri tas-servizzi, li hija miġbura barra s-Servizzi u hija pprovduta lilna għall-użu fis-Servizzi tagħna. Hija r-responsabbilità ta’ dawk il-kumpaniji li jiġbru dik id-data, li jagħmlu dan b’mod xieraq u legali, u li jippermettu l-ixxerjar ta’ dik l-informazzjoni magħna għall-finijiet tagħna.
    • Meta nirċievu Informazzjoni dwar l-Utent offlajn, din l-informazzjoni tiġi pprovduta lilna permezz ta’ fornitur tas-servizz, flimkien ma’ ID tal-cookie, ID tar-reklamar, jew ID tal-utent simili, li tiddentifika konsumatur jew konsumatur lill-klijent jew lill-fornitur tas-servizz.
    • Aħna ma nirċievu l-ebda isem, indirizzi postali, numru tat-telefon, indirizz tal-email jew data simili li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwu partikulari marbuta mal-IDs li nirċievu.

 

  • Apparati ta’ Kollegament – aħna nużaw l- identifikatur [mP]ID intern tal-affiljat tagħna [m]PLATFORM biex nassoċjaw l-informazzjoni relatata ma’ brawżers, ambjenti, u/jew apparati li [M]PLATFORM jew aħna nemmnu b’mod raġonevoli li jappartjenu għall-istess utent, sabiex jgħinu biex nipprovdu reklamar iktar utli u relevanti, irrispettivament mill-brawżer, l-ambjent, jew l-apparat.

 

  • Data Preċiża tal-Post Ġeografiku – meta jkollna d-drittijiet neċessarji biex nagħmlu dan,, nistgħu nirċievu u/jew nużaw data preċiża tal-post ġeografiku tal-utent, b’rabta mas-servizzi tagħna. Minn fejn niġbru din it-tip ta’ data, hija pprovduta fil-feed tad-data li nirċievu mill-imsieħba tagħna b’rabta mat-twassil tar-reklamar diġitali.

 

L-iżvelar ta’ Informazzjoni lil Partijiet Terzi

Xaxis taqsam l-informazzjoni li aħna niġbru dwarek (ara “it-tipi ta’ informazzjoni li aħna niġbru permezz tas-servizzi tagħna” hawn fuq), u informazzjoni miksuba minnha, mal-klijenti tagħna, mal-affiljati, u fornituri tas-servizzi li jwettqu servizzi u funzjonijiet f’isimna u/jew f’isem il-klijenti tagħna, bħall-kumpaniji li huma responsabbli għat-twassil attwali tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess – inklużi pjattaformi min-naħa tad-domanda, netwerks tar-reklamar, skjambi tar-reklamar, u servers tar-reklamar. Aħna ma niġbrux ismijiet tal-utenti, indirizzi postali, numri tat-telefon, indirizzi tal-email jew data simili li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwu partikulari permezz tas-servizzi tagħna. Madankollu, jekk int tiddeċiedi li tipprovdi data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwu partikulari permezz ta’ wieħed mir-reklami jew Siti tal-klijenti tagħna, imbagħad l-informazzjoni tiġi riċevuta minn dak il-klijent u tkun suġġetta għall-politika ta’ privatezza ta’ dak il-klijent. Ġeneralment, il-fornituri tas-servizzi tagħna m’għandhomx permess jużaw informazzjoni mhux aggregata li aħna niżvelaw lilhom għal kwalunkwe fini, għajr għall-forniment ta’ servizzi lilna jew lill-klijenti tagħna.

Jekk aħna nemmnu li b’mod raġonevoli aħna obbligati bil-liġi jew bi proċess legali li niżvelaw informazzjoni lil parti terza (inkluż l-forzi tal-liġi), mela mbagħad aħna nagħmlu dan. Barra minn hekk, nistgħu niżvelaw informazzjoni lil parti terza (inkluż lil awditur jew fornitur ta’ servizz ieħor).

L-affiljat tagħna [m]PLATFORM jopera u jżomm pjattaforma ta’ ġestjoni ta’ data proprjetarja, li aħna u affiljati oħrajn nistgħu nużaw sabiex nipprovdu servizzi. L-informazzjoni li aħna niżvelaw lil [m]PLATFORM tista’ tintuża minn mPlatform u affiljati bħal dawn, mhux biss biex jipprovdu servizzi lilna u lill-klijenti tagħna, iżda wkoll biex jipprovdu servizzi lil dawk l-affiljati u l-klijenti rispettivi tagħhom.

Esklużjoni/Dritt għall- Irtirar tal-Kunsens

Tista’ teskludi lilek innifsek mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess ta’ Xaxis permezz ta’ bosta mekkaniżmi.

Tista’ tagħżel li ma tirċevix reklami ppersonalizzati ta’ parti terza permezz tal- Mookie targeting cookies fuq il-brawżer li qed tuża, billi tagħfas hawn taħt. Jekk tagħmel dan, il-Mookie targeting cookie tiegħek ta’ parti terza, tiġi sostitwita b’“opt-out” cookie, u kwalunkwe data marbuta ma’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interess għall-Mookie targeting cookie ta’ parti terza, mhijiex se tintuża għar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess, fuq kwalunkwe apparat jew brawżer li aħna, b’mod raġonevoli, inkunu rbatna mal-brawżer minn fejn tkun inġabret l-informazzjoni. Barra minn hekk, jekk ikollna għarfien attwali li apparat jew brawżer ieħor ikunu marbuta mal- opted-out brawżer, dak l-apparat jew il-brawżer l-ieħor ukoll jiġu esklużi (opted-out) milli jirċievu Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz Xaxis.

L–opt-out cookies huma pprogrammati biex jiskadu għaxar snin wara li jkunu inizjalment maħruġa. Jekk tixtri apparat ġdid, tagħmel upgrade ta’, jew tibdel brawżers tal-web jew tħassar din l-opt-out cookie, ikollok twettaq il-proċess tal-opt-out għal darba oħra. Sabiex il-proċess ta’ opt-out jaħdem, il-brawżer tiegħek għandu jkun stabbilit biex jaċċetta cookies ta’ parti terza.

F’ambjenti ta’ brawżer, tista’ wkoll tirrifjuta jew tneħħi l-cookies kemm minn Xaxis u kemm minn fornituri ta’ servizzi oħrajn, permezz tal-metodi li ġejjin:

  • L-aġġustament tas-settings tal-brawżer tiegħek biex tirrifjuta jew tneħħi l-cookies, li jirriżulta fl- eliminazzjoni tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz ta’ cookies minn Xaxis u minn fornituri oħrajn. Madankollu, meta tagħmel dan, ma tkunx tista’ tuża ċerti karatteristiċi fuq ċerti siti web li żżur jew tieħu vantaġġ sħiħ tal-offerti tas-siti web u r-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess. Tista’ tirrifjuta jew tneħħi l-cookies billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fis-settings tal-brawżer tiegħek. Informazzjoni ulterjuri dwar il-cookies hija disponibbli fuqaboutcookies.orgwww.youronlinechoices.com u http://www.aboutads.info/consumers#cookies.
  • L-aġġustament tas-settings tal-cookies fuq il-livell tas-sid tas-sit web, fejn inti tajtna l-kunsens tiegħek għall-użu tagħna tal-cookie; l-għażliet tas-settings tal-cookie jistgħu jvarjaw skont is-sid tas-sit tal-web. L-esklużjoni tat-targetting cookies għal Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz tal- Mookie, kif ukoll it-targeting cookies ta’ fornituri ta’ servizz oħrajn, fis- Sitili ġejjin:

F’ambjenti tal-app tal-mobajl, tista’ teskludi lilek innifsek mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess minn Xaxis biss, jew, kemm minn Xaxis u kemm minn fornituri ta’ servizzi oħrajn permezz tal-metodi li ġejjin:

  • Billi tmur fis-setting tal-privatezza fuq l-apparat tiegħek u tagħżel “Limit Ad Tracking” permezz tas-settings tal-apparat tiegħek, li jirriżulta fl-eliminazzjoni tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz tal-ID tar-reklamar applikabbli minn Xaxis u minn fornituri oħrajn flimkien ma’ Xaxis.
  • L-esklużjoni tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz tal-ID tar-reklamar applikabbli minn Xaxis u/jew fornituri oħrajn permezz tal-app AppChoices. Jekk jogħġbok kun af li, sabiex l-app AppChoices tiffunzjona sew, is- setting tal-apparat “Limit Ad Tracking” m’għandux ikun magħżul. Id-data tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess li ġiet miġbura qabel jew riċevuta b’assoċjazzjoni mal-ID tar-reklamar li jkun ġie sostitwit, mhux se tintuża minn Xaxis għar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess, fuq kwalunkwe apparat jew brawżer ieħor li aħna rbatna b’mod raġonevoli mal-ambjent tal-app tal-mobajl minn fejn inġabret l-informazzjoni. Barra minn hekk, jekk ikollna għarfien attwali li apparat jew brawżer ieħor ikunu marbuta mal-ambjent tal-app tal-mobajl eskluż, dak l-apparat jew il-brawżer l-ieħor ukoll jiġu esklużi (oted out) milli jirċievu Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz Xaxis. Informazzjoni addizzjonali rigward l-app AppChoices hija disponibbli fuq http://youradchoices.com/appchoices

Informazzjoni addizzjonali rigward l-għażla tal-utent fl-ambjenti tal-applikazzjonijiet hija disponibbli fuq www.networkadvertising.org/mobile-choices.

 

Sħubijiet

Inizjattiva dwar ir-Reklamar fuq in-Netwerk

Aħna membru tal-Inizjattiva dwar ir-Reklamar fuq in-Netwerk (NAI, Network Advertising Initiative) u nsegwu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-NAI f’dawk is-swieq fejn japplikaw u huma fis-seħħ dawn l-oqsfa awtoregolatorji. B’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta, aħna neħtieġu l-klijenti tagħna ta’ Xaxis Marketplace (qabel Xaxis Publisher Network u 24/7 Access) biex jinfurmaw lill-utenti dwar il-privatezza tagħhom u l-prattiċi tal-ġbir ta’ informazzjoni permezz tal-politiki ta’ privatezza tagħhom u biex fil-politiki ta’ privatezza tagħhom jinkludu informazzjoni fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija u servizzi tar-reklamar ta’ partijiet terzi fuq is-siti tagħhom, it-tipi ta’ data miġbura minn dawn is-servizzi, l-użu u d-distribuzzjoni ta’ dik id-data, u link għall-esklużjoni standard ta’ industrija mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess. Aħna nimmonitorjaw perjodikament is-Siti tal-klijenti tagħna biex niddeterminaw jekk humiex qed jiżvelaw adegwatament u jaġġornaw id-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza tagħhom.

Aħna nappoġġaw bis-sħiħ l-isforzi tar-reklamar tal-industrija biex tiżdied it-trasparenza fil-qasam tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess u fis-segmenti tas-saħħa. Għal iktar informazzjoni dwar segmenti standard ta’ interess ibbażati fuq informazzjoni relatata mas-saħħa jew interessi li aħna nistgħu nużaw għal finijiet tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess, jekk jogħġbok agħfas hawn.

 

Tista’ wkoll tagħfas hawn biex tidħol fuq is-sit tal-Inizjattiva dwar ir-Reklamar fuq in-Netwerk, post ċentrali għall-informazzjoni dwar ir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess u l-għażliet disponibbli għalik, u biex teskludi lilek innifsek milli tirċievi Reklamar Ibbażat fuq l-Interess permezz ta’ cookies, mingħandna u mingħand kumpaniji oħra membri tal-NAI.

Alleanza ta’ Reklamar Diġitali, Alleanza ta’ Reklamar Ewropew, Interattiv u Diġitali, u Alleanza ta’ Reklamar Diġitali tal-Kanada

Aħna membri tal-Alleanza ta’ Reklamar Diġitali (DAA, Digital Advertising Alliance), l-Alleanza ta’ Reklamar Ewropew Interattiv u Diġitali (EDAA, European Interactive Digital Advertising Alliance), u tal-Alleanza ta’ Reklamar Diġitali tal-Kanada (DAAC, Digital Advertising Alliance of Canada) u, b’konnessjoni ma’ dawn is-sħubijiet, insegwu mal-Prinċipji awtoregolatorji tad-DAA, mal- Qafas IAB tal-UE għal reklamar onlajn ibbażat fuq l-imġieba, u mal-Prinċipji awtoregolatorji DAAC Kanadiżi għal reklamar onlajn ibbażat fuq l-imġieba, rispettivament, f’dawk is-swieq fejn japplika l-qafas awtoregolatorju applikabbli.

 

Avviż imtejjeb

Xaxis tappoġġa l-iskjerament ta’ ikoni tal-Għażla tar-Reklamar (AdChoices u, fejn applikabbli, AppChoices) bħala parti mill-parteċipazzjoni tagħha fil- qafas awtoregolatorju tad-DAA (fl-Istati Uniti tal-Amerika), il- Qafas OBA Ewropew IAB għal reklamar onlajn ibbażat fuq l-imġieba (fl-Ewropa), u l- Prinċipji Awtoregolatorji Kanadiżi tad-DAC għal reklamar onlajn ibbażat fuq l-imġieba (fil-Kanada). Reklami li huma pprovduti minn organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’dawn l-oqsfa, se juru l-ikona murija hawn taħt meta dan ikun vijabbli teknoloġikament. L-ikklikkjar fuq l-ikona, jipprovdilek informazzjoni dwar ir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess

Inti tista’ tikklikkja hawnhekk biex tidħol fuq is-sit tad-DAA, li għandha informazzjoni addizzjonali dwar ir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess u fuq il-qafas awtoregolatorju tad-DAA, kif ukoll mekkaniżmu kif teskludi lilek innifsek milli tirċievi Reklamar Ibbażat fuq l-Interess ta’ parti terza permezz ta’ cookies mingħandna u mingħand kumpaniji li huma membri tad-DAA.

 

Il-Privatezzatat-Tfal

La s-Servizzi u lanqas is-Sit Web ta’ Xaxis m’huma żviluppati għal, jew immirati lejn, it-tfal (kif definit mil-liġi applikabbli) jew lejn Siti mmirati direttament lejn it-tfal. Aħna ma niġbrux informazzjoni mingħand tfal b’mod konxju (determinat b’konformità mar-rekwiżiti tal-età għall-pajjiż applikabbli). Jekk inti temmen li tifel/tifla pprovdewlna data personali u inti tixtieq li titneħħa din l-informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana

 

Trasferiment tad- Data fil- każ ta’ Akkwist

Fil-każ li kumpanija oħra takkwista l-assi kollha jew sostanzjalment l-assi kollha tan-negozju tagħna permezz ta’ konsolidazzjoni, merger, xiri tal-assi, riorganizzazzjoni tal-kumpanija, jew transazzjoni oħra, aħna nżommu d-dritt li nittrasferixxu l-informazzjoni kollha (inkluża kull informazzjoni li utent jista’ jkun ipprovda permezz tal-paġna “Kuntatt”/”Ikkuntattjana” fuq is-sit ta’ Xaxis) li hija fil-pussess tagħna jew taħt il-kontroll tagħna għall-parti li qed takkwista.

Sigurtà tal-Informazzjoni u Trasferimenti Globali tad-Data

Aħna nsegwu standards tal-industrija tar-reklamar onlajn ġeneralment aċċettati biex jipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat tal-ipproċessar illegali, taż-żamma mhux awtorizzata, u tal-iżvelar mhux awtorizzat tad-data. Dawn l-istandards jinkludu li jittieħdu l-miżuri fiżiċi, elettroniċi u ta’ ġestjoni meħtieġa biex jipproteġu l-integrità, l-aċċess, u l-użu tad-data. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok, madankollu, li minkejja dawn l-isforzi biex nipproteġu d-data fuq is-servers tagħna, l-ebda metodu ta’ trasmissjoni fuq l-internet ma hu garantit li hu sigur.

Is-Servizzi ta’ Xaxis jintużaw globalment, u għalhekk aħna nistgħu nittrasferixxu data lejn pajjiżi madwar id-dinja, inklużi pajjiżi barra minn pajjiżek. Fejn meħtieġ, aħna, nagħmlu salvagwardji xierqa biex niżguraw li din id-data tkun protetta. Meta nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lejn affiljat barra miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera, aħna nidħlu fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”), mar-reċipjent, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tad-data. Meta aħna nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lejn entità mhux affiljata (bħal fornitur ta’ servizz li jwettaq servizzi f’isimna) barra miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera, aħna, jew nidħlu fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”), u kundizzjonijiet, jew niżguraw li t-trasferiment huwa skont mekkaniżmu validu ieħor, bħall-fornitur ta’ servizz li jkun ċertifikat taħt il-Qafas tal-Ħarsien tal-Privatezza UE-Stati Uniti

Żammatad-Data

Aħna nżommu l-informazzjoni li niġbru permezz tas-Servizzi tagħna f’forma mhux aggregata, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 13-il xahar. Din id-data tinkludi s-Siti li wieħed ikun daħal fuqhom, il-kontenut li jkun ra, l-interazzjonijiet mar-reklamar, indirizzi IP, it-tip tal-brawżer u s-settings tal-lingwa. Aħna nżommu din l-informazzjoni għal perjodu ta’ 13-il xahar biex nippermettu lill-klijenti tagħna jwettqu analiżi bejn sena u oħra. Pereżempju, bejjiegħ bl-imnut (retailer) jista’ jkun jixtieq jikkumpara l-effettività tal-attivitajiet tar-reklamar onlajn tiegħu fil-Milied għas-sena attwali mal-effettività s-sena ta’ qabel. Perjodu ta’ żamma ta’ 13-il xahar jippermetti li l-klijent ikun jista’ jwettaq dan il-paragun.

Aħna nżommu l-informazzjoni li niġbru permezz tas-Servizzi tagħna f’forma aggregata għal perjodu itwal minn 13-il xahar.

SEZZJONI 2: IS-SIT WEB TA’ XAXIS

Kif Tintuża l-Informazzjoni u Kif Din Tiġi Xxerjata fuq is-Sit Web ta’ Xaxis

Aħna nirrispettaw il-privatezza tal-utenti tas-Sit Web ta’ Xaxis, u nirrikonoxxu li meta inti tagħżel li tipprovdilna informazzjoni dwarek, inti tafdana biex naġixxu b’mod responsabbli b’dik l-informazzjoni. Din is-sezzjoni tinkludi informazzjoni importanti dwar kif aħna nużaw l-informazzjoni miġbura permezz tas-sit web ta’ Xaxis u kif inti tista’ timmaniġja l-għażliet ta’ privatezza tiegħek u teżerċita d-drittijiet tiegħek, relatati ma’ ċerta data dwarek li hija miġbura permezz ta-sit ta’ Xaxis.

X’informazzjoni Niġbru u Nużaw?

Meta inti tuża s-sit ta’ Xaxis, aħna nistgħu niġbru u nużaw l-informazzjoni li ġejja:

  • Informazzjoni (li tista’ tinkludi data personali bħal isem, indirizz, indirizz tal-email, u numru tat-telefon) ipprovduta minnek meta tissottometti s-CV tiegħek jew applikazzjoni ta’ xogħol lilna jew meta titlob informazzjoni mingħandna; u/jew
  • Identifikaturi tekniċi li jistgħu jintużaw biex jidentifikaw brawżer, ambjent tar-reklamar tal-mobajl ta’ individwu, u/jew apparat, li jista’ jinkludi indirizz IP u/jew cookie IDs.

 

Jekk tipprovdilna informazzjoni permezz tal-paġna “Kuntatt”/”Ikkuntattjana” fuq is-Sit ta’ Xaxis, aħna nistgħu nżommu rekord tal-informazzjoni li inti tipprovdi, inkluż l-indirizz email tiegħek u kwalunkwe informazzjoni personali oħra li inti tipprovdi, għall-finijiet uniċi li nwieġbu għall-mistoqsija tiegħek jew biex nipprovdulek materjal relevanti u, fejn inti tkun tajtna kunsens, b’komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi tagħna. Aħna nistgħu niżvelaw informazzjoni personali lill-fornituri ta’ servizzi ta’ awtomatizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet terzi għall-dawk il-finijiet biss; dawk il-fornituri ta’ servizzi m’għandhomx permess jużaw din l-informazzjoni għal kwalunkwe fini jekk mhux biex jipprovdu servizzi lilna.

Kif nużaw l-informazzjoni li niġbru fuq is-Sit ta’ Xaxis?

Xaxis tuża din l-informazzjoni bil-modi li ġejjin:

  • Biex tipprovdilek informazzjoni li inti tkun tlabt;
  • Biex tirrispondi mistoqsijiet speċifiċi li inti tista’ tqajjem rigward Xaxis, in-negozju tagħha, is-servizz li tipprovdi lill-klijenti, inklużi l-kumpaniji tal-grupp tagħha;
  • Biex ittejjeb il-kontenut, il-veloċità, u s-sigurtà tas-Sit ta’ Xaxis; u/jew
  • Biex tipproċessa u tikkunsidra s-CV tiegħek u/jew l-applikazzjoni ta’ xogħol tiegħek.

 

Aħna Ngħaddu l-Informazzjoni Tiegħek lil Partijiet Terzi?

Aħna nistgħu nibagħtu l-informazzjoni tiegħek (inkluża d-data personali tiegħek) lill-affiljat tagħna GroupM, lill-fornituri ta’ servizzi u partijiet terzi oħrajn biex jgħinuna nipproċessaw dik l-informazzjoni għall-finijiet stabbiliti f’din is-sezzjoni 2 ta’ dan l-Avviż dwar il-Privatezza. Barra minn hekk, fil-każ li kumpanija oħra takkwista l-assi kollha jew sostanzjalment l-assi kollha tan-negozju tagħna permezz ta’ konsolidazzjoni, merger, xiri, jew transazzjoni oħra, aħna nżommu d-dritt li nittrasferixxu l-informazzjoni tiegħek (inkluża d-data personali tiegħek) lill-parti li tkun qed takkwista.

Aħna nistgħu ukoll niżvelaw l-informazzjoni tiegħek (inkluża d-data personali tiegħek) lill-partijiet terzi, inklużi l-forzi tal-liġi, meta aħna, b’mod raġonevoli, nemmnu li għandna nagħmlu dan bil-liġi, u sabiex ninvestigaw, nipprevenu, jew nieħdu azzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet suspettużi jew attwalment illegali jew inkella pprojbiti, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, frodi u sitwazzjonijiet li jinvolvu theddid potenzjali għas-sigurtà fiżika ta’ kwalunkwe persuna.

Kif Nużaw l-Informazzjoni Tiegħek għall-Kummerċjalizzazzjoni?

Aħna nipprovdulek biss informazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni li inti tkun tlabt.

 

Fejn Nibagħtu l-Informazzjoni Tiegħek?

Aħna kumpanija globali u għalhekk nistgħu nittrasferixxu l-informazzjoni tiegħek (inkluża d-data personali tiegħek) f’pajjiżi madwar id-dinja, inklużi pajjiżi barra minn pajjiżek. Fejn meħtieġ, aħna, nagħmlu salvagwardji xierqa biex niżguraw li l-informazzjoni tiegħek tkun protetta. Meta nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lil affiljat barra miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera, aħna nidħlu fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”) mar-reċipjent, sabiex niżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni tad-data. Meta aħna nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lejn entità mhux affiljata (bħal fornitur ta’ servizz li jwettaq servizzi f’isimna) barra miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera, aħna, jew nidħlu fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”), jew niżguraw li t-trasferiment huwa skont mekkaniżmu validu ieħor, bħall-fornitur ta’ servizz li jkun ċertifikat taħt il-Qafas tal-Ħarsien tal-Privatezza UE-Statu Uniti.

Kif Inżommu u Nipproteġu l-Informazzjoni Tiegħek?

Aħna se nżommu l-informazzjoni tiegħek li niġbru fuq is-Sit ta’ Xaxis għal perjodu raġonevoli għall-finijiet stabbiliti hawn fuq f’din is-Sezzjoni 2. Aħna nsegwu standards tal-industrija tar-reklamar onlajn ġeneralment aċċettati biex niżguraw li d-data personali tiegħek żvelata lilna tinżamm b’mod sigur, tkun preċiża u aġġornata u tinżamm biss għal kemm hemm bżonn skont il-finijiet li tintuża għalihom. Dawn l-istandards jinkludu li jittieħdu l-miżuri fiżiċi, elettroniċi u ta’ ġestjoni meħtieġa biex jipproteġu l-integrità, l-aċċess, u l-użu tad-data. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok, madankollu, li minkejja dawn l-isforzi biex nipproteġu d-data fuq is-servers tagħna, l-ebda metodu ta’ trasmissjoni fuq l-internet ma hu garantit li hu sigur.

Links ma’ Siti Oħrajn

Il-links tas-Sit Web ta’ Xaxis ma’ Siti ta’ partijiet terzi. Link minn kwalunkwe waħda mis-siti tagħna stess ma’ sit ieħor ma timplikax l-approvazzjoni tagħna ta’ dak is-Sit. Aħna ma nikkontrollawx is-Siti li għandna link magħhom u m’aħniex responsabbli għall-kontenut tagħhom jew għall-politiki jew prattiċi ta’ privatezza tagħhom. Dawn is-Siti jistgħu jużaw il-cookies, pixels, u teknoloġija oħra, u jiġbru l-informazzjoni tiegħek b’konformità mal-politiki ta’ privatezza tagħhom stess. Għalhekk, għandek tirrevedi bir-reqqa l-politiki ta’ privatezza li japplikaw għal kwalunkwe Sit li inti taċċessa mis-Sit tagħna.

L-Użu ta’ Cookies fuq iS-Sit ta’ Xaxis

Cookie huwa fajl żgħir ta’ kitba alfanumerika li huwa maħżun fi brawżer minn sit web jew minn server tar-reklami ta’ parti terza jew parti terza oħra li jippermetti li s-sit jew il-parti terza jirrikonoxxu lil dak il-brawżer u jiftakru l-Informazzjoni dwar l-Utent u informazzjoni oħra. (Għal iktar informazzjoni dwar il-cookies, jekk jogħġbok ara s-Sezzjoni 1 hawn fuq.) Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit ta’ Xaxis biex intejbu l-kontenut, il-veloċità, u s-sigurtà tas-Sit ta’ Xaxis, u sabiex nippermettulek biex tixxerja paġni man-netwerks soċjali.

L-Immaniġġjar tal-Cookies

Għal informazzjoni dwar kif tiġi eskluż minn, jew kif timmaniġġja, Xaxis cookies u/jew il-cookies kemm minn Xaxis u kemm minn fornituri ta’ servizzi oħrajn, jekk jogħġbok ara s-subsezzjoni ”Esklużjoni/Dritt għall-Irtirar tal-Kunsens) fis-Sezzjoni 1 hawn fuq.

Tfal

Is-Sit ta’ Xaxis mhux immirat jew imfassal biex jattira lit-tfal (kif definit mil-liġi applikabbli). Aħna ma niġbrux data personali mingħand it-tfal b’mod konxju (determinat b’konformità mar-rekwiżit tal-età għall-pajjiż applikabbli). Jekk inti tifel/tifla u tixtieq tistaqsi mistoqsija jew tuża dan is-sit bi kwalunkwe mod li jinħtieġ li tissotometti d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok għid lill-ġenitur jew gwardjan tiegħek biex jagħmel dan f’ismek.

SEZZJONI 3: INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA SKONT L-ISTAT U L-PAJJIŻ, BIEX TIKKUNTATTJANA

ŻEE u l-Iżvizzera

Bażijiet Legali għall- Ipproċessar tal-Informazzjoni

Aħna niġbru, nużaw, nixxerjaw, u/jew nittrasferixxu data personali ta’ individwi fiż-ŻEE u fl-Iżvizzera biss meta jkollna bażi legali biex nagħmlu dan, li tipikament jimplika l-kunsens tal-utent jew l-interessi leġittimi tagħna.

Fejn meħtieġ mil-liġi applikabbli, aħna nwasslu biss ir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess lill-individwi li jkunu pprovdew il-kunsens għal dik l-attività.

Sal-punt li aħna noqogħdu fuq il-kunsens tiegħek, li jista’ jkun ġie pprovdut jew direttament lilna, jew permezz ta’ parti terza, biex nużaw l-informazzjoni tiegħek b’ċerti modi, aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek fl-iskop ta’ dak il-kunsens.

Fil- kapaċità tagħna bħala kontrolluri tad-data, aħna għandna l-intenzjoni li noqogħdu fuq il-kunsens bħala bażi legali għal kull “Skop” taħt il-Qafas Ewropew IAB dwar it-Trasparenza u l-Kunsens iktar milli “Kejl” (li l-fini tiegħu jinkludi l-kejl, l-analiżi, u r-rappurtar fir-rigward tad-data personali applikabbli). B’rabta ma’ dan il-fini, meta niproċessaw data għall-kejl tat-twassil tar-reklamar jew meta nanalizzaw l-effettività tiegħu, aħna għandna interess leġittimu li nifhmu li l-fornituri tagħna jkunu wasslu r-reklamar li huma kellhom il-kuntratt biex iwasslu. Barra minn hekk, aħna nemmnu li l-klijenti li jirreklamaw għandhom interess leġittimu li jifhmu jekk ir-reklamar tagħhom jiġix imwassal jew le u jekk huwiex effettiv jew le. Aħna nemmnu li dawn l-attivitajiet huma fundamentali għar-reklamar onlajn, iżda ma jirriżultaw fl-ebda deċiżjoni li taffettwa lill-individwi.

Jekk inti qiegħed/qiegħda fl-Unjoni Ewropea, għandek id-dritt li toġġezzjona għal kwalunkwe parti minn dan l-ipproċessar. Jekk tixtieq toġġezzjona, jekk jogħġbok agħfas  .

Drittijiet ta’ Individwi fiż-ŻEE u fl-Iżvizzera

Individwi fiż-ŻEE u fl-Iżvizzera għandhom numru ta’ drittijiet fir-rigward tad-data personali tagħhom, inkluż id-dritt għall-aċċess tal-informazzjoni tagħhom. Għal dawn l-utenti, f’ħafna każijiet fejn aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, inti għandek ukoll id-dritt li tirrestrinġi jew tillimita l-modi li aħna nużaw dik id-data personali.

F’ċerti ċirkostanzi – pereżempju, fejn aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek sabiex nidderieħu għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew skont l-interessi leġittimi tagħna – inti għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħna tad-data personali tiegħek , u tista’ wkoll titlob li aħna nħassru d-data personali tiegħek . Inti għandek ukoll id-dritt li takkwista kopja tad-data personali tiegħek b’format aċċessibbli b’mod faċli , u f’ċerti ċirkustanzi, inti tista’ wkoll   Aħna ma nżommux u ma naħżnux l-istorja attwali tal-attività tal-ibbrawżjar tiegħek b’rabta ma’ ID tal-Mookie Cookie jew ID tar-reklamar tal-mobajl. Minflok, aħna nużaw metodoloġija ta’ “punti aggregati” li tikkategorizza s-Siti li tibbrawżja fihom, u mbagħad nużaw kombinazzjonijiet ta’ dawn il-kategorizzazzjonijiet biex noħolqu segmenti u nwasslu Reklamar Ibbażat fuq l-Interess. Bħala konsegwenza, aħna m’aħniex teknikament kapaċi li noffrulek il-kapaċità li tibdel elementi individwali ta’ data li jwasslu għall-allokazzjoni tas-segment, sempliċiment peress li aħna ma nżommuhomx. Jekk inti temmen li aħna nżommu jew ġieli użajna elementi mhux preċiżi ta’ data personali dwarek,, jekk jogħġbok kun af li għandek id- dritt li tirtira l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tagħna tad-data personali tiegħek fi kwalunkwe ħin .

Jekk għandek mistoqsijiet dwar kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana. Għandek tikkuntattjana wkoll jekk id-data personali jew il-preferenzi tiegħek jinbidlu, jekk ma tridniex nibagħtulek l-informazzjoni li inti tlabt preċedentament, jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif aħna nużaw id-data personali tiegħek.

Mingħajr ma nillimitaw kwalunkwe dritt ieħor li inti jista’ jkollok, inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment kontrina ma’ awtorità superviżorja fl-Istat Membru tal-UE fejn inti bbażat jew f’dak li aħna bbażati fih. Ikklikkja hawnhekk biex issib l-awtorità superviżorja lokali tiegħek

Informazzjoni Riċevuta mingħand Kumpaniji tar-Riċerka dwar is-Suq fin-Netherlands

Jekk inti pprovdejt kunsens lill-kumpaniji tar-riċerka dwar is-suq fin-Netherlands biex jiżvelaw il-panel data tiegħek lil Xaxis, imbagħad, abbażi tal-iskop ta’ dan il-kunsens: aħna nistgħu nirċievu l-Informazzjoni dwar l-Utent u kwalunkwe informazzjoni, inklużi panel IDs, mingħand dawn il-kumpaniji; u aħna nistgħu nużaw din l-informazzjoni għal finijiet uniċi tar-riċerka u l-analiżi, ottimizzazzjoni tal-kampanja tar-reklamar, personalizzazzjoni tar-reklamar, u r-rappurtar dwar l-effettività ta’ kampanji otar-reklamar.

California

Skont it-Taqsima 1798.83 tal-Kodiċi Ċivili ta’ California, ir-residenti ta’ California jistgħu jakkwistaw ċerta informazzjoni dwar it-tipi ta’ “informazzjoni personali” li l-kumpaniji li magħhom għandhom relazzjoni ta’ negozju stabbilita jkunu xxerjaw ma’ partijiet terzi għall-finijiet diretti ta’ kummerċjalizzazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti. Biex titlob lista ta’ kumpaniji, jekk hemm, li għalihom Xaxis ipprovdiet informazzjoni personali għall-finiijet tagħha stess ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-email fuq privacy@xaxis.com jew b’ittra fuq Xaxis, 140 East 45th Street, 12tj Floor, New York, NY 10017, USA, Attn: Dipartiment Legali. Jekk jogħġbok ippermetti 30 ġurnata għal tweġiba.

Il-liġi ta’ California titlobna li niżvelaw kif aħna nwieġbu għal sinjali tal-brawżer Do Not Track, jew mekkaniżmi ta’ għażliet oħrajn relatati mar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess. Aħna għadna ma żviluppajniex tweġiba għas-sinjali tal-brawżer “Do Not Track”, u ma nibdlu xejn mill-prattiċi tal-ġbir tad-data tagħna meta nirċievu sinjali bħal dawn. Aħna se nkomplu nevalwaw tweġibiet potenzjali għas-sinjali “Do Not Track” fid-dawl tal-iżviluppi tal-industrija jew tibdil legali.

Aħna impenjati li nonoraw l- għażliet tal-privatezza tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar kif tista’ tiġi eskluż mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interess, jekk jogħġbok ara s-sottosezzjoni “Esklużjoni/Id-Dritt għall-Irtirar tal-Kunsens” tas-Sezzjoni 1 hawn fuq.

 

Tibdil f’dan l-Avviż dwar il-Privatezza

Jekk jogħġbok kun af li minħabba n-natura li dejjem tinbidel tal-liġijiet tal-privatezza u ta’ dawn ir-regolamenti, it-teknoloġiji diġitali, u n-negozju tagħna, aħna nistgħu nimmodifikaw dan l-Avviż dwar il-Privatezza minn żmien għal żmien. Jekk jogħġbok irrevedi dan l-Avviż dwar il-Privatezza perjodikament biex issir konxju ta’ kwalunkwe bidla li setgħet seħħet (aħna naġġornaw id-data effettiva fin-naħa ta’ fuq tal-paġna biex ngħinuk tkun taf meta jkunu saru l-bidliet).

Dwarna

Minbarra meta naġixxu skont l-istruzzjonijiet ta’ klijent jew parti terza, Xaxis hija kontrollur tad-data responsabbli għad-data personali tiegħek (hekk kif dan it-terminu jew terminu simili huwa definit mil-liġi applikabbli) meta inti tinteraġixxi mas-Servizzi tagħna.

Ikkuntattjana

Ewropa (Xaxis EMEA, diviżjoni tal-GroupM UK Digital Ltd.)

DPO@GroupM.com

LEGALI – Xaxis, 26 Red Lion Square, London, WC1R 4HQ, UK

Madwar id-dinja (Xaxis, LLC)

privacy@xaxis.com

LEGALI – Xaxis, 140 East 45th Street, 12th Floor, New York, NY 10017, USA